Betlem

Betlem
 Palestina
Amministrazzjoni
Occupied territoryXatt tal-Punent
Governorate of the State of PalestineGovernorat ta' Betlem
Isem uffiċjali بيت لحم
בית לחם
Ismijiet oriġinali بيت لحم
בית לחם
Ġeografija
Koordinati 31°42′16″N 35°12′22″E / 31.7044°N 35.2061°E / 31.7044; 35.2061Koordinati: 31°42′16″N 35°12′22″E / 31.7044°N 35.2061°E / 31.7044; 35.2061
Betlem is located in Stat tal-Palestina
Betlem
Betlem
Betlem (Stat tal-Palestina)
Superfiċjenti 30 kilometru kwadru
Għoli 775 m
Fruntieri ma' Ġerusalemm
Demografija
Popolazzjoni 36,000 abitanti (2019)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 2
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3
bliet ġemellati Burlington, Marrickville, Steyr, Belém, Belo Horizonte, Natal, Valinhos, São Pedro do Butiá, Villa Alemana, Concepción, Třebechovice pod Orebem, Haapsalu, Chartres, Grenoble, Paray-le-Monial, Strasburgu, Köln, Ateni, Kalocsa, Assisi, Brescia, Civitavecchia, Conversano, Firenze, Greccio, Lazio, Milan, Montevarchi, Orvieto, Pavia, Pratovecchio, San Miniato, Sant'Anastasia, Umbria, Verona, Madaba, Għajnsielem, Monterrey, Rabat, L-Aja, Sarpsborg, Cusco, Częstochowa, Liżbona, San Pietruburgu, Pretoria, Córdoba, Leganés, Zaragoza, Yalvaç, Abu Dhabi, Glasgow, Joplin, Orlando, Sacramento, Benevento, Gaeta, Montpellier, Gallipoli, Montesarchio, Barranquilla, Palermou Vladimir (en) Translate
bethlehem-city.org

Betlem (/ˈbɛθlɪhɛm/; bl-Għarbi: بيت لحم Bayt Laḥm; bl-Ebrajk: בֵּית לֶחֶם Bēṯ Leḥem), ġieli spelluta Bethlehem jew Betlehem) hija belt fix-Xatt tal-Punent, il-Palestina, u tinsab madwar 10 kilometri (6.2 mili) fin-Nofsinhar ta' Ġerl-Istati Uniti;lemm. Hija l-belt kapitali tal-Governorat ta' Betlem u għandha popolazzjoni ta' madwar 25,000 ruħ. L-ekonomija tal-belt hija bbażata l-iktar fuq it-turiżmu; it-turiżmu internazzjonali huwa attiv l-iktar għall-ħabta tal-Milied, meta l-Kristjani jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-Knisja tan-Natività, meqjuma bħala l-post fejn twieled Ġesù. Fid-daħla tat-Tramuntana tal-belt hemm il-Qabar ta' Rakele, il-post fejn indifnet il-matriarka Bibblika Rakele. Il-moviment madwar il-belt huwa limitat minħabba l-fruntiera tax-Xatt tal-Punent ma' Iżrael.

L-iżjed tismija bikrija magħrufa ta' Betlem hija l-korrispondenza ta' Amarna tal-Eġittu tal-qedem, li tmur lura għall-1350-1330 Q.K., meta l-belt kienet abitata mill-poplu ta' Kana. Fil-Bibbja bl-Ebrajk jiġi deskritt il-perjodu tal-Iżraeliti; Betlem tiġi definita bħala l-post fejn twieled David kif ukoll bħala l-belt fejn indilek bħala t-tielet monarka tar-Renju Unit ta' Iżrael, u jiġi ddikjarat ukoll li nbniet bħala belt iffortifikata minn Rehoboam, l-ewwel monarka tar-Renju ta' Ġuda. Fit-Testment il-Ġdid, il-Vanġelu ta' San Mattew u l-Vanġelu ta' San Luqa jidentifikaw il-belt bħala l-post fejn twieled Ġesù ta' Nażaret. Taħt l-Imperu Ruman, il-belt ta' Betlem inqerdet minn Adrijanu, li kien wasal biex jirbaħ kontra l-Lhud involuti fir-rewwixta ta' Bar Kokhba. Madankollu, il-kostruzzjoni mill-ġdid ta' Betlem iktar 'il quddiem ġiet promossa minn Elena, omm Kostantinu l-Kbir. Kostantinu kabbar il-proġett ta' ommu billi kkummissjona l-Knisja tan-Natività fit-327 W.K. Fil-529, il-Knisja tan-Natività ġarrbet ħsarat estensivi mis-Samaritani involuti fir-rewwixtri Samaritani; wara r-rebħa tal-Imperu Biżantin, il-knisja reġgħet inbniet seklu wara minn Ġustinjanu I.

Qalb il-ħakma Musulmana tal-Lvant, Betlem saret parti mill-Jund Filastin fis-637. Il-Musulmani komplew imexxu l-belt sal-1099, meta nħakmet mill-ġellieda tal-Kruċjati, li ssostitwew il-kleru Kristjan lokali — magħmul minn rappreżentanti mill-Knisja Ortodossa Griega — b'rappreżentanti mill-Knisja Kattolika. F'nofs is-seklu 13, is-swar ta' Betlem twaqqgħu mis-Sultanat tal-Mamluk. Madankollu, dawn reġgħu nbnew mill-Imperu Ottoman fis-seklu 16, wara l-Gwerra bejn l-Ottomani u l-Mamluk. Fl-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Ottomani tilfu l-kontroll ta' Betlem li għadda għand l-Imperu Brittaniku. Il-belt ġiet iggvernata taħt il-Mandat Brittaniku għall-Palestina sal-1948, meta mbagħad inħatfet mill-Ġordan matul l-Ewwel Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael. Fl-1967 il-belt inħatfet minn Iżrael matul it-Tielet Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael. Mill-Ftehimiet ta' Oslo, li jinkludu sensiela ta' ftehimiet bejn Iżrael u l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana, Betlem ġiet iddeżinjata bħala parti miż-Żona A tax-Xatt tal-Punent, u b'hekk nominalment taqa' taħt il-kontroll sħiħ tal-Palestina.

Filwaqt li storikament kienet belt tal-Kristjani Għarab, Betlem issa għandha maġġoranza ta' Musulmani Għarab, għalkemm xorta waħda għadha tospita komunità sinifikanti ta' Kristjani Palestinjani. Attwalment, Betlem ġiet imdawra minn għexieren ta' insedjamenti ta' Iżrael, li effettivament jisseparaw il-Palestinjani fil-belt u ma jħalluhomx jaċċessaw b'mod ħieles l-artijiet tagħhom u l-għajxien tagħhom, għaldaqstant dan skatta l-eżodu kostanti tagħhom.

Etimoloġija

L-isem attwali ta' Betlem bil-lingwi lokali huwa Bayt Laḥm jew بيت لحم bl-Għarbi, li litteralment tfisser "dar tal-laħam", u Bet Leḥem jew בֵּית לֶחֶם bl-Ebrajk, li litteralment tfisser "dar tal-ħobż" jew "dar tal-ikel". Il-belt kienet tissejjaħ Βηθλεέμ bil-Grieg Antik (pronunzjata ) u Bethleem bil-Latin.

L-iżjed tismija bikrija ta' Betlem bħala post tinsab fil-korrispondenza ta' Amarna (għall-ħabta tal-1400 Q.K.), fejn tissemma bħala Bit-Laḫmi, isem li l-oriġini tiegħu għadhom mhumiex magħrufa. Suġġeriment li ilu jeżisti fost l-istudjużi hu li ġej mid-divinità tal-fertilità Laḫmu tal-Mesopotamja jew tal-poplu ta' Kana u oħtha konsorti Lahamu. Lahmo hija l-kelma Ċaldeana għal "fertilità". L-istudjuż Bibbliku William F. Albright kien jemmen li din l-ipoteżi li tressqet għall-ewwel darba minn Otto Schroeder kienet "ċertament preċiża". Albright innota li l-pronunzja tal-isem essenzjalment kienet baqgħet l-istess għal 3,500 sena, minkejja li l-perċezzjoni tat-tifsira tal-isem inbidlet maż-żmien: bil-lingwa ta' Kana kienet tfisser it-"Tempju tad-Divinità Lakhmu", bl-Ebrajk u bl-Aramajk kienet tfisser "Dar tal-Ħobż", u bl-Għarbi kienet tfisser "Dar tal-Laħam". Filwaqt li t-teorija ta' Schroeder ma tantx hija aċċettata b'mod wiesa', għadha tiġi aċċettata fil-letteratura akkademika ferm iktar mit-traduzzjonijiet litterali li saru wara. Suġġeriment ieħor hu li l-isem huwa assoċjat mal-għerq l-h-m "tiġġieled", iżda huwa maħsub li din it-teorija hija inqas probabbli.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-post fejn twieled Ġesù.

Betlem bħala rotta ta' pellegrinaġġ lejn il-Knisja tan-Natività, il-post fejn twieled Ġesù, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġemellaġġi

Il-pellegrini Kristjani fil-Milied tal-1890.
Il-Knisja tan-Natività.

Betlem hija ġemellata ma':

Referenzi

  1. ^ "Politics and Sociolinguistic Reflexes: Palestinian Border Villages - Muhammad Amara - Google Books". web.archive.org. 2021-05-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-29. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "A Very Political Economy: Peacebuilding and Foreign Aid in the West Bank and ... - Rex Brynen - Google Books". web.archive.org. 2021-05-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-29. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "In the West Bank, Politics and Tourism Remain Bound Together Inextricably - New York Times". web.archive.org. 2013-06-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-06-15. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Places to Visit In & Around Bethlehem | Bethlehem hotel". web.archive.org. 2013-12-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2023-03-16.
  5. ^ 2 Chronicles 11:5–6.
  6. ^ a b "Bethlehem Municipality(Site Under Construction)". web.archive.org. 2008-01-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-13. Miġbur 2023-03-16.
  7. ^ Kamin, Debra. "Are Bethlehem's Christians losing grip on their city?". www.timesofisrael.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  8. ^ Klein, Aaron; Daily, World Net (2005-12-27). "'Muslims persecuting Bethlehem's Christians'" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  9. ^ Philp, Catherine (l-24 ta' Diċembru 2013). "Settlements choke peace in the little town of Bethlehem". The Times. pp. 28–29.
  10. ^ Corpus inscriptionum Iudaeae/Palaestinae: a multi-lingual corpus of the inscriptions from Alexander to Muhammad. Vol. IV: Iudaea / Idumaea. Eran Lupu, Marfa Heimbach, Naomi Schneider, Hannah Cotton. Berlin: de Gruyter. 2010. p. 635. ISBN 978-3-11-022219-7.
  11. ^ Losch, Richard R. (2005). The uttermost part of the earth: a guide to places in the Bible (Illustrated ed.). Wm. B. Eerdmans Publishing. p. 51. ISBN 978-0-8028-2805-7.
  12. ^ "Oxford Archeological Guides: The Holy Land", Jerome Murphy-O'Connor, pp. 198–199, Oxford University Press, 1998, ISBN 978-0-19-288013-0.
  13. ^ "bethlehem | Etymology, origin and meaning of the name bethlehem by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  14. ^ Wright, G. R. H. (January 1, 1986). "The Mother-Maid at Bethlehem". Zeitschrift für die Alttestamentliche Wissenschaft. 98 (1): 56–72.
  15. ^ Wright, G. R. H. (January 1, 1986). "The Mother-Maid at Bethlehem". Zeitschrift für die Alttestamentliche Wissenschaft. 98 (1): 56–72.
  16. ^ Wasilewski, E. (2016). "Pastoral exhortations – a key to preliminary homiletic research". The Biblical and Liturgical Movement. 69 (2): 125–142.
  17. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Birthplace of Jesus: Church of the Nativity and the Pilgrimage Route, Bethlehem". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.