Bobby Charlton | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Robert Charlton |
Twelid | Ashington, 11 Ottubru 1937 |
Nazzjonalità | Renju Unit |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Macclesfield District General Hospital (en) , 21 Ottubru 2023 |
Familja | |
Ulied |
uri
|
Aħwa |
uri
|
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Bedlingtonshire Community High School (en) Loreto Grammar School (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
plejer tal-futbol kowċ awtobijografu |
Mudell:Infobox biography/sport/football | |
Parteċipant
| |
Pożizzjoni jew speċjalità |
midfilder attakkant |
Għoli | 173 cm |
Premjijiet | |
Nominat għal |
uri
|
Servizz militari | |
Fergħa militari | Armata Brittanika |
Sir Robert Charlton CBE (twieled fil-11 ta' Ottubru 1937 – miet fil-21 ta' Ottubru 2023) kien plejer tal-futbol professjonali Ingliż li lagħab bħala midfielder avvanzat, midfielder ċentrali, u winger fuq ix-xellug. Jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejer tal-futbol ta' kull żmien, u kien membru tat-tim nazzjonali tal-futbol Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA tal-1966, u fl-istess sena rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb. Fl-1967 u fl-1968 spiċċa fit-tieni post fil-votazzjoni għall-Ballun tad-Deheb. Huwa lagħab kważi l-karriera kollha tiegħu fil-livell ta' klabbs mal-Manchester United, fejn sar rinomat għall-istint tiegħu fl-attakk, għall-kapaċitajiet tiegħu tat-tqassim mill-midfield, għax-xutt qawwi tiegħu mit-tul b'saqajh it-tnejn, għal-livell ta' fitness tiegħu, u għall-istamina li kellu. Huwa ngħata l-karta s-safra darbtejn fil-karriera tiegħu; darba kontra l-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tal-1966, u darba f'logħba tal-lig kontra ċ-Chelsea. Huwa kiseb suċċessi fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u kien wieħed minn disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, it-Tazza Ewropea u l-Ballun tad-Deheb. Ħuh il-kbir Jack Charlton, li kien ukoll parti mit-tim nazzjonali li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, kien eks difensur ma' Leeds United u kowċ internazzjonali.
Imwieled f'Ashington, Northumberland, Charlton għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel tim tal-Manchester United fl-1956, meta kellu 18-il sena, u f'qasir żmien kiseb postu bħala titolari fit-tim. F'dak iż-żmien huwa rebaħ il-Lig tal-Futbol tal-Ewwel Diviżjoni fl-1957, imbagħad baqa' ħaj minkejja d-diżastru tat-titjira ta' Munich ta' Frar 1958 wara li ġie salvat mill-plejer tat-tim tiegħu Harry Gregg; Charlton kien l-aħħar plejer tal-klabb li miet minn dawk li kienu salvaw mid-diżastru tat-titjira. Wara li għen lill-Manchester United jirbħu l-FA Cup fl-1963 u l-Lig tal-Futbol fl-1965 u fl-1967, huwa kien il-kaptan tat-tim li rebaħ it-Tazza Ewropea fl-1968, u skurja żewġ gowls fil-finali meta saru l-ewwel klabb Ingliż li rebaħ il-kompetizzjoni. Charlton telaq lill-Manchester United u sar il-kowċ ta' Preston North End għall-istaġun 1973-74. Huwa bidel għal plejer-kowċ fl-istaġun ta' wara. Imbagħad aċċetta l-kariga ta' direttur mal-Wigan Athletic, u sar membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Manchester United fl-1984.
Fil-livell internazzjonali, Charlton kien parti mit-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra għal erba' Tazzi tad-Dinja (fl-1958, fl-1962, fl-1966, u fl-1970), għalkemm ma lagħabx fl-ewwel waħda. Meta wasal biex jirtira mit-tim nazzjonali Ingliż fl-1970, huwa kien l-iktar plejer li kien lagħab mat-tim nazzjonali, 106 darbiet fl-ogħla livell; Bobby Moore qabżu mbagħad fl-1973. Charlton kien l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja kemm mal-Manchester United kif ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż, u l-iżjed plejer li lagħab logħbiet fl-istorja tal-Manchester United – it-total tiegħu ta' 758 logħba mal-Manchester United dam biex jinqabeż sal-2008, meta Ryan Giggs qabżu fil-finali tat-Tazza Ewropea. B'249 gowl, huwa kien l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja tal-klabb għal iżjed minn 40 sena, sakemm ir-rekord tiegħu nkiser minn Wayne Rooney fl-2017. Huwa kien ukoll it-tliet l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja tat-tim nazzjonali Ingliż; ir-rekord tiegħu ta' 49 gowl inkiser fl-2015 minn Wayne Rooney, u mill-ġdid minn Harry Kane fl-2022.
Fil-21 ta' Ottubru 2023, il-familja ta' Charlton ikkonfermat bi stqarrija li kien miet dakinhar filgħodu. Kellu 86 sena, u l-kawża tal-mewt kienet kumplikazzjonijiet marbuta mad-dimenzja. Wara mewtu, Geoff Hurst huwa l-aħħar plejer Ingliż li għadu ħaj mit-tim nazzjonali rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966.
Klabb | Staġun | Lig | Tazza nazzjonali | Tazza tal-lig | Kontinentali | Oħrajn | Total | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Diviżjoni | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | ||
Manchester United | 1956–57 | L-Ewwel Diviżjoni | 14 | 10 | 2 | 1 | — | 1 | 1 | 0 | 0 | 17 | 12 | |
1957–58 | L-Ewwel Diviżjoni | 21 | 8 | 7 | 5 | — | 2 | 3 | 0 | 0 | 30 | 16 | ||
1958–59 | L-Ewwel Diviżjoni | 38 | 29 | 1 | 0 | — | — | — | 39 | 29 | ||||
1959–60 | L-Ewwel Diviżjoni | 37 | 18 | 3 | 3 | — | — | — | 40 | 21 | ||||
1960–61 | L-Ewwel Diviżjoni | 39 | 21 | 3 | 0 | 0 | 0 | — | — | 42 | 21 | |||
1961–62 | L-Ewwel Diviżjoni | 37 | 8 | 6 | 2 | — | — | — | 43 | 10 | ||||
1962–63 | L-Ewwel Diviżjoni | 28 | 7 | 6 | 2 | — | — | — | 34 | 9 | ||||
1963–64 | L-Ewwel Diviżjoni | 40 | 9 | 7 | 2 | — | 6 | 4 | 1 | 0 | 54 | 15 | ||
1964–65 | L-Ewwel Diviżjoni | 41 | 10 | 7 | 0 | — | 11 | 8 | — | 59 | 18 | |||
1965–66 | L-Ewwel Diviżjoni | 38 | 16 | 7 | 0 | — | 8 | 2 | 1 | 0 | 54 | 18 | ||
1966–67 | L-Ewwel Diviżjoni | 42 | 12 | 2 | 0 | 0 | 0 | — | — | 44 | 12 | |||
1967–68 | L-Ewwel Diviżjoni | 41 | 15 | 2 | 1 | — | 9 | 2 | 1 | 2 | 53 | 20 | ||
1968–69 | L-Ewwel Diviżjoni | 32 | 5 | 6 | 0 | — | 8 | 2 | 2 | 0 | 48 | 7 | ||
1969–70 | L-Ewwel Diviżjoni | 40 | 12 | 9 | 1 | 8 | 1 | — | — | 57 | 14 | |||
1970–71 | L-Ewwel Diviżjoni | 42 | 5 | 2 | 0 | 6 | 3 | — | — | 50 | 8 | |||
1971–72 | L-Ewwel Diviżjoni | 40 | 8 | 7 | 2 | 6 | 2 | — | — | 53 | 12 | |||
1972–73 | L-Ewwel Diviżjoni | 36 | 6 | 1 | 0 | 4 | 1 | — | — | 41 | 7 | |||
Total | 606 | 199 | 78 | 19 | 24 | 7 | 45 | 22 | 5 | 2 | 758 | 249 | ||
Preston North End | 1974–75 | It-Tielet Diviżjoni | 38 | 8 | 4 | 1 | 3 | 1 | — | — | 45 | 10 | ||
Waterford United | 1975–76 | Il-Lig tal-Irlanda | 3 | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | — | — | 4 | 1 | ||
Newcastle KB United | 1978 | Lig Nazzjonali | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | — | 1 | 0 | ||
Perth Azzurri | 1979 | Lig tal-Futbol tal-Punent tal-Awstralja | 3 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | — | 3 | 2 | ||
Blacktown City | 1980 | Lig Nazzjonali | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | — | 1 | 1 | ||
Total fil-karriera | 652 | 211 | 83 | 20 | 27 | 8 | 45 | 22 | 5 | 2 | 812 | 263 |
Tim nazzjonali | Sena | Logħbiet | Gowls |
---|---|---|---|
Ingilterra | 1958 | 6 | 7 |
1959 | 7 | 5 | |
1960 | 8 | 6 | |
1961 | 9 | 6 | |
1962 | 8 | 1 | |
1963 | 10 | 6 | |
1964 | 8 | 2 | |
1965 | 5 | 2 | |
1966 | 15 | 6 | |
1967 | 4 | 2 | |
1968 | 8 | 3 | |
1969 | 9 | 1 | |
1970 | 9 | 2 | |
Total | 106 | 49 |
Manchester United
Ingilterra
Individwali
Titli u premjijiet speċjali