Giuseppe Fortunino Francesco Verdi (10 ta' Ottubru, 1813, Roncole - 27 ta' Jannar, 1901, Milan), kien kompożitur romantiku Taljan. Ix-xogħol tiegħu, magħmul essenzjalment minn opri li jikkombinaw il-qawwa melodika mal-forza psikoloġika u leġġendarja, huwa wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tat-teatru mużikali.
Verdi kien wieħed mill-kompożituri ta' opri Taljani l-aktar influwenti tas-seklu 19, b'influwenza li nistgħu nqabbluha ma' dik ta' Bellini, Donizetti, Puccini u Rossini. Ix-xogħlijiet tiegħu huma spiss rappreżentati fit-teatri tal-opra tad-dinja kollha u ċerti melodiji mill-opri tiegħu ilhom ħafna li saru parti mill-kultura popolari, bħal, pereżempju, "La donna è mobile" minn Rigoletto, "Brindisi" minn La Traviata, "Va, pensiero" minn Nabucco jew il-"Marċ Trijonfali" minn Aida. L-opri ta' Verdi għadhom jiddominaw ir-repertorju tal-arti lirika, seklu u nofs wara li nħolqu.
Verdi ma tantx kien impenjat politikament. Madankollu kien jawtorizza l-użu tal-immaġni u tax-xogħlijiet tiegħu fil-proċess tal-unifikazzjoni tal-peniżola Taljana. Għal dir-raġuni, Verdi sar, flimkien ma' Garibaldi u Cavour, figura emblematika tar-Risorgimento.
Huwa beda’ juri x-xewqa għall-mużika meta kien għadu żgħir u rċieva ftit lezzjonijiet mill-organista tar-raħal. Missieru, Carlo Verdi, kien jieħu ħsieb lukanda u ħanut tal-merċa; kien fqir biex jagħti lit-tifel tiegħu edukazzjoni tajba, imma t-tifel għogbitu n-nota ta’ Antonio Barezzi (merkant u dilettant tal-mużika fil-Belt ta’ Busseto) li nkoraġġih u assistih fl-edukazzjoni mużikali. Minbarra li kkopja partijiet u emula l-organista tal-belt, Verdi beda jikteb biċċiet mill-mużika għas-Soċjetà Filarmonika Lokali u għall-knisja wkoll.
Fl-eta’ ta’ tmintax-il-sena, Barezzi tah borża ta’ studju biex imur Milan u jistudja fiil-Konservatorju. Huwa ma ġiex milqugħ minħabba l-età imma baqa’ Milan għal tliet snin, jistudja ma’ Vincenzo Lavigna, mużiċista fl-orkestra tat-teatru La Scala. Fl-1834 Verdi rritorna f’Busseto biex jitħarreġ, bl-appoġġ tal-Maestro tal-kappella. Inħatar bħala Maestro tal-Mużika għall-Komunisti u kellu rwol importanti fil-ħajja tal-Belt.
Fl-1836 huwa żżewweg lil Margherita Barezzi, it-tifla tal-Patrun tiegħu. Giuseppe Verdi miet fl-1901 fl-età ta' 88 sena.
L-ewwel opra tiegħu, "Oberto", ġiet aċċettata għall-provi f’La Scala. Wara xhur ta’ posponimenti, fl-aħħar li kienet ipproduċiet fl-1839 kienet suċċess kbir meta ppubblikah Giovanni Ricordi. Il-mużika Taljana ġiet ippublikata tant li l-kumpanija għamlet il-qligħ mill-mużika ta’ Verdi.