Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb f'xi wħud minn dawn: il-grammatika, l-istil u/jew it-ton. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah. |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Joanne Rowling hija awtriċi Ingliża magħrufa bħala J.K. Rowling. Rowling hija l-awtriċi magħrufa li kitbet is-serje tant popolari Harry Potter, sejre li rnexxielha tisraq il-qlub ta' bosta nies li tinteressahom il-maġija. Harry Potter rebaħ ħafna premjijiet, u nbigħu 'il fuq minn 377 miljun kopja mad-dinja kollha.
Il-ġenituri ta' Rowling kien jisimhom Peter James Rowling u Anne Rowling (mwielda Volat) fil-31 t'Awwissu tal-1965, f'Yate Gloucestershire, l-Ingilterra, 10 mili (16.1 km) fit-tramuntana ta' Bristol. Oħtha Dianne twieldet fid-dar tagħhom fit-28 t'Awwissu fl-1967 meta Rowling kien għad kellha biss 23 xahar. Il-familja marret toqgħod f'raħal qrib Winterbourne meta Rowling kellha erba' snin. Hija attendiet l-iskola primarja St Michael's, skola imwaqqfa kważi 200 sena ilu mill-popolari William Wilberforce u ġiet irriformata minn Hannah More. Jingħad li l-Kap tal-iskola f'St Michael's, Alfred Dunn, kien il-mudell ta' Albus Dumbledore f'Harry Potter.
Meta kienet tifla, Rowling kienet tieħu gost tikteb l-istejjer tal-fantasija biex taqrahom oħtha. "Niftakar ngħidilha l-istejjer fejn hi kienet taqa' ġo ħofra tal-fniek u l-fniek ta' ġewwa kienu jagħtuha tiekol il-frawli" tgħid Rowling. "L-ewwel storja li ktibt (meta kelli ħames jew sitt snin) kienet dwar fenek jismu Rabbit. Dan il-fenek kien qabdu il-ġidri r-riħ u kienu jiġu ħbiebu jarawh, fosthom kien hemm naħla kbira jisimha, is-sinjura naħla (Miss Bee)."
Ġieli l-Kunjom ta' Rowling kien jinqara "Rolling" minflok "Rowling". Proprjament hi jisimha "Joanne Rowling" mhux bħalma jaħsbu ħafna nies "Joanne Kathleen Rowling". Qabel ma ppubblikat l-ewwel ktieb Harry Potter and the Philosopher’s Stone, Bloomsbury, il-kumpanija li stampaw u ppublikaw il-kotba ta’ Harry Potter, beżgħet li s-subien ma kinux ser jaqraw il-ktieb billi kienet kitbitu mara. Allura biex ma tidhirx li hija mara, għażlet l-ittra K, minn isem nannitha Kathleen, ħalli b'hekk minflok jidher l-isem "Joanne Rowling", jidher "J.K Rowling".
F’ Diċembru tal-1990, omm Joanne mardet u mietet. Joanne qalet "Kont qiegħda nikteb Harry Potter meta ommi mietet. Qatt ma għedtilha fuq Harry Potter".
Rowling rebħet bosta premjijiet għall-kotba li kitbet, fosthom Children’s Book Award, Nestlé Smarties Book Prize u ħafna oħrajn. Is-sitt ktieb, Harry Potter and the Half-Blood Prince qiegħed fil-Guinness World Records deskritt bħala l-iżjed ktieb qatt mibjugħ! Is-sitt ktieb nbiegħ f’ġurnata u nbigħu iżjed kopji milli nbigħu kopji ta' The Da Vinci Code f’sena. J.K. Rowling taqla iżjed flus mill-kotba milli taqla’ r-reġina tal-Ingilterra. Bħalissa, J.K. Rowling qed tgħix f'Edinbera, l-iSkozja ħdejn oħta Dianna, minn fejn ħarget Harry Potter and the Deathly Hallows fil-21 ta’ Lulju 2007.