Jaipur (pronunzjata: /ˈdʒaɪpʊər/; bil-Ħindi: Jayapura), li qabel kienet imsejħa Jeypore, hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat Indjan ta' Rajasthan. Fl-2011 il-belt kellha popolazzjoni ta' 3.1 miljun ruħ, u b'hekk kienet l-għaxar l-iktar belt popolata fil-pajjiż. Jaipur hija magħrufa wkoll bħala l-"Belt ir-Roża", minħabba l-kulur dominanti tal-binjiet tal-belt. Hija magħrufa wkoll bħala l-"Pariġi tal-Indja", u C. V. Raman sejħilha l-"Gżira tal-Glorja". Tinsab 268 kilometru (167 mil) mill-belt kapitali nazzjonali New Delhi. Jaipur ġiet stabbilita fl-1727 mill-mexxej Kachhwaha Rajput, Jai Singh II, il-mexxej ta' Amer, li għalih issemmiet il-belt. Hija waħda mill-iżjed bliet ippjanati bikrin tal-Indja moderna, u ġiet iddisinjata minn Vidyadhar Bhattacharya. Matul il-perjodu kolonjali Brittaniku, il-belt serviet bħala l-belt kapitali tal-istat ta' Jaipur. Wara l-indipendenza fl-1947, Jaipur saret il-belt kapitali tal-istat iffurmat ġdid ta' Rajasthan.
Jaipur hija destinazzjoni turistika popolari fl-Indja u tifforma parti miċ-ċirkwit turistiku magħruf bħala t-Triangolu tad-Deheb tal-Punent, flimkien ma' Delhi u Agra (240 km, 149 mil). Tintuża wkoll bħala l-punt ta' wasla biex imbagħad wieħed jasal għal destinazzjonijiet turistiċi oħra fir-Rajasthan, fosthom Jodhpur (348 km, 216 mil), Jaisalmer (571 km, 355 mil), Bharatpur (186 km, 116 mil), Udaipur (421 km, 262 mil), Kota (252 km, 156 mil) u l-Muntanja Abu (520 km, 323 mil).
Fis-6 ta' Lulju 2019, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO niżżel lil Jaipur, il-"Belt Roża tal-Indja", fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fil-belt hemm ukoll żewġ Siti ta' Wirt Dinji oħra, jew komponenti minnhom, li huma l-Forti ta' Amer u l-Jantar Mantar.
Storja
Il-belt ta' Jaipur ġiet stabbilita mir-Re ta' Amer, il-Maharaja Sawai Jai Singh II, fit-18 ta' Novembru 1727, li rrenja mill-1699 sal-1743. Huwa ppjana li jittrasferixxi l-belt kapitali tiegħu minn Amer, 11-il kilometru (7 mili) għal Jaipur sabiex jakkomoda l-popolazzjoni li kienet qed tikber u biex jagħmel tajjeb għall-problema tal-iskarsezza tal-ilma. Jai Singh ikkonsulta diversi kotba dwar l-arkitettura u lil diversi arkitetti fl-ippjanar tal-pjanta ta' Jaipur. Taħt il-gwida arkitettonika ta' Vidyadhar Bhattacharya, Jaipur ġiet ippjanata abbażi tal-prinċipji ta' Vastu Shastra u ta' Shilpa Shastra. Il-kostruzzjoni tal-belt bdiet fl-1726 u fi żmien erba' snin tlestew it-toroq, l-uffiċċji u l-palazzi ewlenin. Il-belt ġiet maqsuma f'disa' blokok, u tnejn minnhom kien fihom il-binjiet u l-palazzi statali, filwaqt li l-kumplament ġew allokati lill-pubbliku. Inbnew swar enormi b'seba' daħliet iffortifikati.
Matul ir-renju ta' Sawai Ram Singh I, il-belt ġiet miżbugħa roża sabiex tagħti merħba lil Albert Edward, il-Prinċep ta' Wales (li iktar 'il quddiem sar il-Maestà Tiegħu r-Re Dwardu VII, l-Imperatur tal-Indja), fl-1876. Ħafna mit-toroq prinċipali baqgħu miżbugħin roża u b'hekk il-belt ta' Jaipur żammet id-dehra distintiva tagħha u baqgħet tissejjaħ il-"Belt ir-Roża".
Fis-seklu 19, il-belt kibret b'mod rapidu u sal-1900 kellha popolazzjoni ta' 160,000 ruħ. It-toroq kbar u wesgħin ġew pavimentati u l-industriji ewlenin tal-belt kienu l-produzzjoni tal-oġġetti tal-metall u tal-irħam, bis-saħħa tal-iskola tal-arti stabbilita fl-1868. Il-belt kellha tliet kulleġġi, inkluż kulleġġ tas-Sanskrit (1865) u skola tal-bniet (1867) li nfetħu matul ir-renju tal-Maharaja Ram Singh II.
Żoni kbar tal-belt, inkluż l-ajruport, esperjenzaw għargħar f'Awwissu 1981, li wassal għall-mewt ta' tmienja min-nies u bosta ħsarat fix-xmara Dravyavati. L-għargħar ġie kkawżat minn tlett ijiem ta' xita qliel, b'iktar xita f'dawk il-jiem mill-medja annwali.
Ġeografija
Klima
Jaipur għandha klima semiarida sħuna influwenzata bil-monsuni (BSh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), bi sjuf twal u estremament sħan u bi xtiewi qosra u relattivament sħan. Il-preċipitazzjoni annwali taqbeż it-63 cm, u tinżel l-iktar f'Lulju u f'Awwissu minħabba l-monsuni. Din twassal biex it-temperaturi medji f'dawn ix-xahrejn jitbaxxew meta mqabbla ma' Mejju u ma' Ġunju li jkunu iktar nexfin. Matul l-istaġun tal-monsuni, spiss tinżel xita qliel u jkun hemm maltempati bir-ragħad, għalkemm ma tantx ikun hemm għargħar. L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata kienet 49.0 °C (120.2 °F) fit-23 ta' Mejju 1994. It-temperatura medja tal-belt normalment tkun taħt l-20 °C jew it-68 °F bejn Diċembru u Frar. Dawn ix-xhur ikunu miti, nexfin u pjaċevoli, għalkemm xi kultant ikunu kesħin. L-iżjed temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata kienet −2.2 °C (28.0 °F) fil-31 ta' Jannar 1905 u fl-1 ta' Frar 1905. Jaipur, bħal bosta bliet kbar oħra fid-dinja, hija żona sħuna urbana sinifikanti, b'temperaturi rurali fil-madwar li qajla jinżlu taħt it-temperatura tal-iffriżar fix-xtiewi.
Data klimatika għal Jaipur (l-Ajruport Internazzjonali ta' Jaipur) 1981-2010, estremi 1952–2012
Xahar
Jan
Fra
Mar
Apr
Mej
Ġun
Lul
Aww
Set
Ott
Nov
Diċ
Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F)
31.7
(89.1)
36.7
(98.1)
42.8
(109.0)
44.9
(112.8)
49.0
(120.2)
47.2
(117.0)
46.7
(116.1)
41.7
(107.1)
41.7
(107.1)
40.0
(104.0)
36.4
(97.5)
32.0
(89.6)
49.0
(120.2)
Temp. massima medja f'°C (°F)
27.2
(81.0)
31.4
(88.5)
37.1
(98.8)
41.9
(107.4)
44.3
(111.7)
43.7
(110.7)
39.4
(102.9)
36.1
(97.0)
37.5
(99.5)
36.9
(98.4)
33.1
(91.6)
28.3
(82.9)
44.8
(112.6)
Temp. għolja medja f'°C (°F)
22.6
(72.7)
25.7
(78.3)
31.6
(88.9)
37.4
(99.3)
40.7
(105.3)
39.6
(103.3)
34.6
(94.3)
32.7
(90.9)
34.2
(93.6)
33.8
(92.8)
29.3
(84.7)
24.5
(76.1)
32.2
(90.0)
Temp. baxxa medja f'°C (°F)
8.6
(47.5)
11.4
(52.5)
16.8
(62.2)
22.2
(72.0)
26.5
(79.7)
27.7
(81.9)
26.1
(79.0)
24.8
(76.6)
23.6
(74.5)
19.6
(67.3)
14.0
(57.2)
9.5
(49.1)
19.2
(66.6)
Temp. minima medja f'°C (°F)
3.8
(38.8)
6.1
(43.0)
11.3
(52.3)
16.7
(62.1)
20.9
(69.6)
22.2
(72.0)
23.1
(73.6)
22.3
(72.1)
20.8
(69.4)
15.2
(59.4)
9.1
(48.4)
4.8
(40.6)
3.5
(38.3)
Temp. baxxa rekord f'°C (°F)
−2.2
(28.0)
−2.2
(28.0)
3.3
(37.9)
9.4
(48.9)
15.6
(60.1)
18.4
(65.1)
20.6
(69.1)
18.9
(66.0)
15.0
(59.0)
11.1
(52.0)
3.3
(37.9)
0.0
(32.0)
−2.2
(28.0)
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)
5.5
(0.22)
4.9
(0.19)
4.2
(0.17)
8.2
(0.32)
18.7
(0.74)
68.8
(2.71)
220.8
(8.69)
194.8
(7.67)
71.4
(2.81)
20.1
(0.79)
5.3
(0.21)
3.8
(0.15)
626.5
(24.67)
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni
0.6
0.9
0.7
0.9
1.3
4.2
9.4
9.8
4.8
1.2
0.2
0.3
34.3
Umdità relattiva medja (%) (fil-17:30 IST)
37
29
21
17
19
33
60
67
50
31
34
39
36
Temp. medja bl-indewwa f'°C (°F)
6
(43)
7
(45)
7
(45)
8
(46)
12
(54)
19
(66)
24
(75)
24
(75)
21
(70)
13
(55)
9
(48)
6
(43)
13
(55)
Indiċi medju tal-ultravjola
5
7
9
11
12
12
12
12
10
8
6
5
9.1
Sors 1: India Meteorological Department (2005-2015)
Sors 2: Weather Atlas
Demografija
Popolazzjoni Storika
Sena
Pop.
±%
1881
142,600
—
1891
158,900
+11.4 %
1901
160,000
+0.7 %
1911
137,100
−14.3 %
1921
120,200
−12.3 %
1931
144,200
+20.0 %
1941
175,800
+21.9 %
1951
291,000
+65.5 %
1961
403,400
+38.6 %
1968
533,200
+32.2 %
1971
636,800
+19.4 %
1981
1,004,700
+57.8 %
1991
1,518,200
+51.1 %
2001
2,322,575
+53.0 %
2011
3,073,350
+32.3 %
Sors: Iċ-Ċensiment tal-Indja
Skont ir-rapport proviżorju taċ-ċensiment tal-2011, il-belt ta' Jaipur kellha popolazzjoni ta' 3,073,350 ruħ. Ir-rata kumplessiva tal-litteriżmu għall-belt kienet ta' 84.34 %. 90.61 % tal-irġiel u 77.41 % tan-nisa kienu litterati. Il-proporzjon tal-ġeneri kien ta' 898 mara għal kull 1,000 raġel u l-proporzjon tal-ġeneri fost it-tfal kien ta' 854 għal kull 1,000. Madankollu, huwa mistenni li l-popolazzjoni tal-belt tikber sa madwar 3.91 miljun ruħ.
Lingwi
Il-lingwi uffiċjali ta' Jaipur huma l-Ħindi u l-Ingliż. Id-djalett nattiv u prinċipali tal-belt hu d-Dhundari. Id-djaletti Marwari u Ħindi Standard huma mitkellma wkoll.
Skont iċ-ċensiment tal-2011, il-grupp reliġjuż tal-maġġoranza, b'saħansitra 77.9 % tal-popolazzjoni tal-belt, huwa l-Induiżmu, segwit bl-Iżlam (18,6 %), il-Ġainiżmu (2.4 %) u oħrajn (1.2 %).
^Centre, UNESCO World Heritage. "Jaipur City, Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
^Centre, UNESCO World Heritage. "Hill Forts of Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
^Centre, UNESCO World Heritage. "The Jantar Mantar, Jaipur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
^"History". web.archive.org. 2015-11-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-03. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^"Jaipur". web.archive.org. 2011-07-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-17. Miġbur 2022-11-18.
^Jain, Sharad K.; Agarwal, Pushpendra K.; Singh, Vijay P. (2007). Hydrology and Water Resources of India. Springer Science & Business Media. p. 883. ISBN 978-1-4020-5180-7.
^"IMD"(PDF). web.archive.org. 2020-02-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-02-05. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^"INDIA : urban population". web.archive.org. 2013-02-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-02-17. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^"Popolazzjoni"(PDF). web.archive.org. 2012-05-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-05-07. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)