Knejjes ta' Chiloé

Il-faċċata tal-Knisja ta' Achao.

Il-Knejjes ta' Chiloé fl-Arċipelagu ta' Chiloé fiċ-Ċilì huma fenomenu arkitettoniku uniku fl-Amerki u wieħed mill-iżjed stili prominenti tal-arkitettura Chilota. Għad-differenza tal-arkitettura kolonjali Spanjola klassika, il-knejjes ta' Chiloé huma magħmula kompletament bl-injam nattiv bl-użu estensiv ta' zokklaturi tal-injam. Il-knejjes inbnew b'materjali li jirreżistu l-klima oċeanika umduża u bix-xita tal-Arċipelagu ta' Chiloé.

Inbnew fis-sekli 18 u 19 meta l-Arċipelagu ta' Chiloé kien għadu parti mill-pussessi tal-Kuruna Spanjola, u jirrappreżentaw il-fużjoni tal-kultura tal-Ġiżwiti Spanjoli u tat-tradizzjonijiet u tal-ħiliet tal-popolazzjoni nattiva; eżempju eċċellenti tal-kultura mestizo.

Il-Knejjes ta' Chiloé tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. L-Università taċ-Ċilì, il-Fundación Cultural Iglesias de Chiloé u istituzzjonijiet oħra għamlu sforzi biex jippreservaw dawn l-istrutturi storiċi u biex jirreklamawhom għall-kwalitajiet uniċi tagħhom.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Knejjes ta' Chiloé ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.

Il-valur universali straordinarju tagħhom ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".

Komponenti

Is-sittax-il knisja li huma komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma kkonċentrati fiż-żona tal-Lvant ċentrali tal-arċipelagu.

Kodiċi Isem Komun Ritratt
971-001 Knisja ta' Achao Quinchao
971-002 Knisja ta' Quinchao Quinchao
971-003 Knisja ta' San Franġisk Castro
971-004 Knisja ta' Rilán Castro
971-005 Knisja ta' Nercón Castro
971-006 Knisja ta' Aldachildo Puqueldón
971-007 Knisja ta' Ichuac Puqueldón
971-008 Knisja ta' Detif Puqueldón
971-009 Knisja ta' Vilupulli Chonchi
971-010 Knisja ta' Chonchi Chonchi
971-011 Knisja ta' Tenaún Dalcahue
971-012 Knisja ta' Colo Quemchi
971-013 Knisja ta' San Ġwann il-Battista Dalcahue
971-014 Knisja tad-Duluri Dalcahue
971-015 Knisja ta' Chelín Castro
971-016 Knisja ta' Caguach Quinchao

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Churches of Chiloé". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-22.
  2. ^ Berg Costa, Lorenzo (2005), Restauración Iglesias de Chiloé Conservando lo Infinito, Editorial Universitaria, p. 3, ISBN 956-11-1778-9.