Poddata

A podcast being played through a podcast app on an iPhone
Il-poddata Serial qed tindaqq permezz tal-app Apple Podcasts fuq iPhone

Poddata hija programm disponibbli f'format diġitali biex jitniżżel minn fuq l-Internet. Pereżempju, serje episodika ta' fajls awdjo diġitali li utent jista’ jniżżel fuq apparat personali biex jisma’ meta jrid. Il-poddati huma primarjament mezz awdjo, iżda xi programmi joffru komponent tal-vidjo supplimentari. L-applikazzjonijiet tal-istreaming u s-servizzi tal-ippoddjar jipprovdu mod konvenjenti u integrat biex jimmaniġġjaw kju ta’ konsum personali minn diversi sorsi ta’ poddati u tagħmir ta’ daqq. Hemm ukoll servizzi ta' tiftix tal-poddati, li jgħinu lill-utenti jsibu u jaqsmu episodji partikolari ta' xi poddata.

Serje ta’ poddati normalment fiha preżentatur rikorrenti wieħed jew aktar involuti f’diskussjoni dwar suġġett partikolari jew avveniment kurrenti. Diskussjoni u kontenut f'poddata jistgħu jvarjaw minn dawk mibnija fuq skript bir-reqqa għal dawk kompletament improvizzati. Il-podcasts jgħaqqdu produzzjoni ta' ħoss elaborata u artistika ma' tħassib tematiku li jvarja minn riċerka xjentifika għal ġurnaliżmu popolari. Ħafna serje ta’ poddati jintrabtu ma' website li toffri ħoloq u noti dwar il-produzzjoni, bijografiji tal-mistednin, traskrizzjonijiet, riżorsi addizzjonali, kummentarji, u kultant forum komunitarju ddedikat biex jiddiskuti l-kontenut tal-episodju.

L-prezz għall-konsumatur huwa baxx għax il-biċċa l-kbira tal-poddatti jistgħu jitniżżlu b'xejn. Xi poddati huma prodotti minn korporazzjonijiet jew sponsorjati, bl-inklużjoni ta' reklami kummerċjali. F'każijiet oħra, poddata tista' tkun impriża kummerċjali appoġġjata minn taħlita ta' mudell ta' abbonament imħallas u reklamar. Minħabba li l-kontenut tal-poddati spiss ikun b'xejn, dan il-format ħafna drabi huwa kklassifikat bħala wieħed li jfixkel il-mezzi konvenzjonali, b'mod partikulari fil-mudell ta' manteniment finanzjarju.

Poddata tinvolvi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fajls awdjo, u xi drabi video, bl-użu ta' RSS feeds intenzjonati biex jinqraw mill-apparat tal-utenti abbonati. Il-produttur tal-poddata ħafna drabi jixrti dan is-servizz mingħand kumpaniji apposta, iżda mhux bilfors. Kumpaniji tal-hosting imbagħad iqassmu dawn il-fajls awdjo għal servizzi ta' streaming, bħal Apple u Spotify, li l-utenti jistgħu jisimgħu fuq l-ismartphones tagħhom jew mużika diġitali u plejers multimedjali, bħal iPhone.

F'Diċembru tal-2022, kien hemm mill-anqas 2,999,008 poddata b'152,596,784 episodju.

Etimoloġija

It-terminu bl-Ingliż "podcast" huwa portmanteau ta' "iPod" u "broadcast". L-aktar użu bikri tal-kunċett ta' "podcasting" ġie ntraċċat għall-kolumnista ta' The Guardian u ġurnalist tal-BBC Ben Hammersley, li ħolqu fil-bidu ta' Frar 2004 waqt li kien qed jikteb artiklu għall-gazzetta The Guardian. Il-kelma Maltija poddata ddaħħlet fl-ilsien Malti minn Toni Sant li huwa meqjus bħala l-ewwel produttur regolari tal-poddati bil-Malti sa mill-2005. It-terminu intuża għall-ewwel darba fil-komunità tal-awdjobloggjar f'Settembru 2004, meta Danny Gregoire introduċieh f'messaġġ lill-lista tal-posta tal-iPodder-dev, minn fejn ġie adottat minn Adam Curry. Minkejja l-etimoloġija, il-kontenut jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ kwalunkwe kompjuter jew apparat simili li jista’ jilgħab fajls tal-midja. It-terminu "podcast" tfaċċa qabel iż-żieda ta' Apple ta' karatteristiċi tal-podcasting fl-iPod u s-software iTunes. Xi sorsi ssuġġerew il-backrononym "portable on demand" jew "play on demand" għal POD biex tiġi evitata r-referenza indiretta għall-iPod. Dan l-użu ġie kkritikat bħala mill-bloggej teknoloġiku John Gruber.

Storja

F'Settembru 2000, il-manifattur tal-MP3 player bikri i2Go offra servizz imsejjaħ MyAudio2Go.com li ppermetta lill-utenti jniżżlu stejjer mill-aħbarijiet biex jisimgħuhom fuq PC jew MP3 player. Is-servizz kien disponibbli għal madwar sena sa ma spiċċa s-servizz ta' i2Go fl-2001.

F'Ottubru 2000, il-kunċett tat-twaħħid ta' fajls tal-ħoss u tal-video f'RSS feeds ġie propost f'abbozz minn Tristan Louis. L-idea ġiet implimentata minn Dave Winer, żviluppatur tas-software u awtur tal-format RSS.

L-ippodjar, li darba kien metodu mhux magħruf għat-tixrid ta' informazzjoni awdjo, sar mezz rikonoxxut għad-distribuzzjoni ta' kontenut awdjo, kemm għal użu kummerjali jew personali. Il-poddati huma simili għal programmi tar-radju fil-forma, iżda jeżistu bħala fajls awdjo li jistgħu jindaqqu meta konvenjenti għas-semmiegħ, f'kull ħin u kullimkien.

iPodderX, żviluppat minn August Trometer u Ray Slakinski, kienet l-ewwel applikazzjoni li għamlet dan il-proċess fattibbli. Sal-2007, il-poddati tal-awdjo kienu qed jagħmlu dak li kien storikament miksub permezz ta’ xandiriet tar-radju, li kienu s-sors ta’ programmi ta’ taħditiet bir-radju u programmi tal-aħbarijiet sa mis-snin tletin tas-seklu 20. Din il-bidla seħħet bħala riżultat tal-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet tal-internet flimkien ma' aċċess akbar tal-konsumatur għal hardware u software orħos għar-reġistrazzjoni u l-editjar tal-awdjo.

F'Awwissu 2004, Adam Curry nieda l-poddata tiegħu Daily Source Code. Din kienet iffukata fuq il-kronika tal-ħajja tiegħu ta’ kuljum, b'aħbarijiet u diskussjonijiet dwar l-iżvilupp tal-ippodjar, kif ukoll il-promozzjoni ta’ poddati ġodda u emerġenti. Curry ħoloqha f'attentat biex ikattar l-iżvilupp ta' dak li qed jiġi magħruf bħala podcasting u bħala mezz ta' ttestjar tas-software barra mill-ambjent tal-laboratorju. L-isem Daily Source Code intgħażel bit-tama li jattira udjenza b'interess fit-teknoloġija. Daily Source Code kienet inizjalment dirett lejn l-produtturi tal-poddati. Hekk kif membri tal-udjenza ġew ispirati biex joħolqu u jipproduċu l-proġetti tagħhom stess, bħala riżultat tejbu l-kodiċi użat biex joħolqu poddati. Hekk kif aktar nies tgħallmu kemm kien faċli li jipproduċu l-poddati, malajr dehret komunità ta’ poddejja pijunieri.

F'Ġunju 2005, Apple ħarġet iTunes 4.9, li offra appoġġ formali għall-poddati, u b'hekk neħħa l-ħtieġa li jintuża programm separat sabiex tniżżel u tittrasferihom għal apparat mobbli. Għalkemm dan għamel l-aċċess għall-poddati aktar konvenjenti u mifrux, temm ukoll b'mod effettiv l-avvanz tal-hekk imsejħa "podcatchers" minn żviluppaturi indipendenti. Barra minn hekk, Apple ħarġet ordnijiet jien jitwaqqfu u jitneħħew il-ħafna żviluppaturi tal-applikazzjonijiet tal-poddati u fornituri tas-servizz li kien illegalment qed jużaw it-terminu "iPod" jew "Pod" fl-ismijiet tal-prodotti tagħhom.

Il-logo użat minn Apple biex jirrappreżenta l-poddati fis-sistemi tagħhom

Skont kalkoli mill-2019, l-industrija tal-poddati ftit li xejn għadha ġġenerat dħul ġenerali, għalkemm in-numru ta’ persuni li jisimgħu l-podczgi qed ikompli jikber b’mod kostanti. Edison Research, li toħroġ ir-rapport tat-traċċar Podcast Consumer kull tliet xhur, tistma li fl-2019, 90 miljun persuna fl-Istati Uniti kienu semgħu poddata fl-aħħar xahar. Fl-2020, 58% tal-popolazzjoni tal-Korea t'Isfel u 40% tal-popolazzjoni Spanjola kienu semgħu poddata fl-aħħar xahar. 12.5% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit kienet semgħet poddata fl-aħħar ġimgħa u 22% tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti tisma’ mill-inqas poddata kull ġimgħa. Il-format huwa magħruf l-aktar minħabba l-ispejjeż relattivament baxxi għal min jipproduċi l-poddati biex jibda u jżomm poddata għaddejja. Teħtieġ biss mikrofonu ta' kwalità tajba, kompjuter jew mobile u software assoċjat biex teditja u ttella' l-prodott finali. Dawk li joħloqu l-poddati għandhom tendenza li jkollhom għad ta' semmiegħa li jisimgħuhom għax joħolqu relazzjonijiet partikolari magħhom.

Produzzjoni u smigħ

Ġeneratur tal-poddati jżomm lista ċentrali tal-fajls fuq server bħala web feed li wieħed jista' jaċċessa permezz tal-Internet. Is-semmiegħa jew it-telespettaturi jużaw softwere speċjali għall-applikazzjoni tal-klijent fuq kompjuter jew media player li jaċċessa dan il-web feed, jiċċekkjah għal aġġornamenti, u jniżżel kull fajl ġdid fis-serje. Dan il-proċess jista' jiġi awtomatizzat biex tniżżel fajls ġodda awtomatikament, għalhekk jista' jidher lis-semmiegħa bħallikieku l-podutturi tal-poddati ixandruhom jew "jimbottaw" episodji ġodda għalihom. Fajls tal-poddati jistgħu jinħażnu lokalment fuq it-tagħmir tal-utent, jew jitqassmu direttament permezz ta' stream. Hemm diversi apps differenti tal-mobile li jippermettu lin-nies isegwu u jisimgħu l-poddati. Ħafna minn dawn l-apps jippermettu lill-utenti jniżżlu poddati jew jistreamjawhom meta jridu huma. Il-biċċa l-kbira tal-plejers jew l-apps tal-poddati jippermettu lis-semmiegħa jaqbżu f'liema parti tal-poddata jridu u jikkontrollaw il-veloċità tad-daqq ukoll.

Il-poddati jitqiesu bħala media konverġenti (mezz li jgħaqqad flimkien l-awdjo, il-web u media players portabbli), kif ukoll teknoloġija ta’ tfixkil li wasslet għal xi individwi fix-xandir bir-radju biex jerġgħu jikkunsidraw prattiki u prekunċetti stabbiliti dwar udjenzi, konsum, produzzjoni u distribuzzjoni.

Il-poddati jistgħu jiġu prodotti bi spiża żgħira jew b'xejn u ġeneralment jitqassmu mingħajr ħlas. Dan jiddistingwi dan il-mezz mill-mudell tradizzjonali tas-seklu 20 ta' midja rregolata u l-għodod ta' produzzjoni tagħhom. Il-produtturi tal-poddati xorta jistgħu jagħmlu l-flus mill-poddati tagħhom billi jbiegħu ippermettu ħin għar-reklami. Jistgħu wkoll jiġbru appoġġ mis-semmiegħa permezz ta’ websites ta’ crowdfunding bħal Patreon, li jipprovdu extras u kontenut speċjali jew eskulussiv lis-segwaċi tagħhom bi ħlas.

Tipi ta' poddati

Il-poddati ivarjaw fl-istil, il-format u l-kontenut attwali. Il-poddati huma parzjalment imfassla fuq ġeneri tal-media preċedenti iżda jitbiegħdu minnhom b'mod sistematiku f'ċerti aspetti stilistiċi. Il-konvenzjonijiet u r-restrizzjonijiet li jirregolaw dawk il-varjazzjoni jvarjaw maż-żmien skont is-swieq li fihom tkun ippreżentata l-poddata; Is-semmiegħa tal-poddati għandhom diversi preferenzi ta’ stili iżda l-konvenzjonijiet biex jindirizzawhom u jikkomunikaw dwarhom għadhom mhux stabbiliti. Xi eżempji attwali ta' tipi ta' poddati huma ppreżentati hawn taħt. Din il-lista x'aktarx tinbidel hekk kif jitfaċċaw tipi ġodda ta' kontenut, teknoloġija ġdida għall-konsum tal-poddati, u każijiet ta' użu ġodda.

Poddati mtejba

Poddata mtejba, magħruf ukoll bħala enchanced podcast jew slidecast, hija tip ta' poddata li tgħaqqad l-awdjo ma' preżentazzjoni ta' slide show. Din simili għal poddata bil-video fis-sens li tgħaqqad immaġini ġenerati dinamikament mas-sinkronizzazzjoni tal-awdjo, iżda differenti peress li juża software tal-preżentazzjoni (bħal PowerPoint jew Keynote, fost oħrajn) biex toħloq ix-xbihat u s-sekwenza tal-wiri separatament mill-ħin tar-reġistrazzjoni oriġinali tal-poddata tal-awdjo. Id-Dizzjunarju Ħieles, YourDictionary, u PC Magazine jiddefinixxu poddata mtejba bħala "slide show elettroniku mogħtija bħala poddata". Poddati mtejba huma poddati li jinkorporaw grafika u kapitli. iTunes żviluppaw karatteristika mtejba tal-poddati msejħa "Audio Hyperlinking" li huma pprivattizaw fl-2012. Poddati mtejba jistgħu jintużaw għall-kummerċ jew fl-edukazzjoni. Podcasts mtejba ntużaw għall-ewwel darba fl-2006 iżda l-popolarità tagħhom jidher li naqset hekk kif żid l-użu tal-poddati regolari bil-video.

Poddati tal-finzjoni

Poddata tal-finzjoni (imsejjaħ ukoll "fiction podcast" jew "awdjo-drama") hija simili għal radjudrama, iżda f'forma ta' poddata. Dawn iwasslu storja fittizja, normalment miġbura fuq episodji u aktar minn staġun wieħed, billi jużaw għad ta' atturi tal-vuċi, djalogu, effetti tal-ħoss, u mużika biex jarrikkixxu l-istorja. Il-poddati ta' finzjoni fl-Istati Uniti ġibdu għadd ta’ atturi magħrufa biex jieħdu sehem fihom, inklużi Demi Moore u Matthew McConaughey, kif ukoll minn produtturi tal-kontenut bħal Netflix, Spotify, Marvel, u DC Comics. Filwaqt li l-fantaxjenza u l-biża huma ġeneri pjuttost popolari, il-poddati tal-finzjoni jkopru firxa sħiħa ta’ ġeneri letterarji minn rumanzi, kummiedja, u drama għal fantasija, sci-fi u stejjer tad-detectives. Eżempji ta’ poddati ta' finzjoni jinkludu The Bright Sessions, The Magnus Archives, Homecoming, Wooden Overcoats, We're Alive u Wolverine: The Long Night. Din it-tip ta' poddata ma teżistix bil-Malti, aktarx għax tqum ferm aktar biex tinħoloq minn tipi oħra ta' poddati.

Poddati tar-rumanzi

Poddata ta' rumanz (magħruf ukoll bħala "ktieb awdjo") hija forma letterarja li tgħaqqad il-kunċetti ta' poddata u ktieb awdjo. Bħal rumanz tradizzjonali, poddata ta' rumanz huwa xogħol ta’ finzjoni letterarja; madankollu, din hija rreġistrata f'episodji li jitwasslu online fuq perjodu ta' żmien. L-episodji jistgħu jitwasslu awtomatikament permezz ta' RSS jew permezz ta' website, blog, jew metodu ieħor ta' sindikazzjoni. Episodji jistgħu jiġu maħruġa fuq skeda regolari, eż, darba fil-ġimgħa, jew b'mod irregolari hekk kif kull episodju jitlesta. Bl-istess mod bħall-kotba-awdjo, xi poddati tar-rumanzi huma ppreżentati b'mod elaborat b'effetti tal-ħoss u atturi tal-vuċi separati għal kull karattru, simili għal dramm bir-radju jew poddati tal-finzjoni, iżda ħafna għandhom narratur jew qarrej wieħed u ftit jew xejn effetti tal-ħoss.

Xi rumanziera jagħtu verżjoni poddata tal-ktieb tagħhom b'xejn bħala forma ta' promozzjoni. Xi drabi, rumanzi bħal dawn kisbu kuntratti ta' pubblikazzjoni biex ir-rumanzi tagħhom jiġu stampati. Xi rumanziera li jagħmlu l-poddati jgħidu li l-poddati tar-rumanzi tagħhom jippermettulhom isibu udjenzi anki jekk pubblikatur ma jixtrix il-kotba tagħhom. Dawn l-udjenzi xi drabi jagħmluha aktar faċli li jiġi żgurat ftehim ta' stampar aktar tard. Dawn ir-rumanziera jsostnu wkoll li ħruġ ta' poddati b'xejn jagħmel tajjeb biex isiru magħrufa.

Poddati bil-vidjo

Poddata bil-video tinħadem bl-istess mod ta' poddata awdjo, iżda fiha ukoll kontenut bil-video. Is-serje tat-televiżjoni tal-web huma spiss ippreżentati bħala poddati bil-vidjo. Dead End Days, serje komika dwar zombies maħruġa bejn il-31 ta' Ottubru 2003 u l-2004, hija komunement meqjusa bħala l-ewwel poddata bil-video. Mużika Mod Ieħor ta' Toni Sant kienet l-ewwel poddata Maltija bil-video maħruġa permezz tal-YouTube.

Poddati live

Numru ta’ poddati huma rrekordjati totalment jew għal episodji speċifiċi quddiem udjenza. Il-bejgħ tal-biljetti jipprovdi lill-produtturi mod addizzjonali ta' qliegħ.

Teknoloġija

Software

L-episodji tal-poddati huma maħżuna u kodifikati b'mod mifrux f'format awdjo diġitali mp3 u ospitati fuq webserver dedikat jew kondiviż. Is-sindikazzjoni tal-episodji tal-poddati fuq diversi websites u pjattaformi hija bbażata fuq RSS feeds, fajl ifformattjat XML li jiċċita informazzjoni dwar l-episodju u l-poddata nnfisha.

Hardware

L-aktar tagħmir bażiku meħtieġ biex tinħoloq poddata huwa kompjuter u mikrofonu. Jgħin li jkollok kamra sound-proof u headphones. Il-kompjuter irid ikollu software għar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew applikazzjoni tal-istreaming installata. Mikrofoni tipiċi għall-poddati huma konnessi bl-użu tal-USB. Jekk il-poddata tinvolvi żewġ persuni jew aktar, kull persuna teħtieġ mikrofonu, u interface awdjo USB hija meħtieġa biex tħallathom flimkien. Jekk il-poddata tinkludi video f'forma ta' livestreaming, allura jista' jkun hemm bżonn ta' webcam separata, u dawl addizzjonali.

Aktar qari

Referenzi

  1. ^ https://dictionary.cambridge.org/dictionary/english/podcast. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ "Definition of PODCAST". Merriam-Webster Dictionary. Miġbur April 20, 2023.
  3. ^ "Podcast Definition & Meaning | Britannica Dictionary". britannica.com.
  4. ^ "Video Podcast: How to Start a Podcast with Video in 5 Steps". riverside.fm. Miġbur 2023-02-21.
  5. ^ Douglas, Nick (September 20, 2017). "The Best Podcast Search Engine". lifehacker. G/O Media Inc. Miġbur January 30, 2022.
  6. ^ "Podcast Stats: How many podcasts are there?". Listen Notes (bl-Ingliż). Miġbur June 8, 2022.
  7. ^ "Podcast Production". Harvard Graduate School of Education (bl-Ingliż). 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-July 10, 2012. Miġbur July 10, 2012.
  8. ^ "Definition of Podcast in English". Lexico (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 14, 2019. Miġbur August 16, 2021.
  9. ^ Watson, Stephanie (March 26, 2005). "How Podcasting Works § Podcasting History". HowStuffWorks (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-July 16, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  10. ^ Hammersley, Ben (February 12, 2004). "Why Online Radio Is Booming". The Guardian (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 21, 2020. Miġbur November 16, 2017.
  11. ^ Sawyer, Miranda (November 20, 2015). "The Man Who Accidentally Invented the Word 'Podcast'" (MP3). BBC Radio 4 (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-April 2, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  12. ^ Carabott, Sarah (2022-01-02). "Ivvaċċinat to Gaħan - 10 Maltese words that we adopted in 2021". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-02.
  13. ^ Gregoire, Danny (September 12, 2004). "How to Handle Getting Past Episodes?". Yahoo Groups (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-April 13, 2013. Miġbur July 4, 2020.
  14. ^ Owens, Simon (February 6, 2015). "Slate's Podcast Audience Has Tripled in a Year, and Its Bet on Audio Over Video Continues to Pay Off". Nieman Lab (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 6, 2020. Miġbur December 6, 2020.
  15. ^ Levy, Steven (October 23, 2006). The Perfect Thing: How the iPod Shuffles Commerce, Culture, and Coolness (bl-Ingliż). Simon & Schuster. p. 239. ISBN 978-0-7432-8522-3. Arkivjat mill-orġinal fl-July 4, 2020. Miġbur July 4, 2020.
  16. ^ "Apple Brings Podcasts Into iTunes". BBC News (bl-Ingliż). June 28, 2005. Arkivjat mill-orġinal fl-December 14, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  17. ^ Ricks, Byron (2007). "Create your own podcast: What you need to know to be a podcaster". Microsoft Windows. Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 25, 2015. Miġbur July 15, 2020.
  18. ^ Götting, Marie Charlotte (February 8, 2022). "Most commonly used apps for listening to podcasts among podcast listeners in the United States in 2019 and 2020". Statista. Miġbur March 4, 2022.
  19. ^ Gruber, John (March 3, 2022). "The 'Pod' in 'Podcast'". daringfireball.net. Miġbur March 14, 2022.
  20. ^ "I2Go eGo". Arkivjat minn l-oriġinal fl-February 24, 2020. Miġbur August 8, 2009.
  21. ^ Credeur, Mary Jane (September 10, 2001). "2Go is gone after burning through $7 million". Atlanta Business Chronicle.
  22. ^ Louis, Tristan (October 13, 2000). "Suggestion for RSS 0.92 Specification". groups.yahoo.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 31, 2013. Miġbur July 24, 2020.
  23. ^ Pot, Justin (August 24, 2013). "The Evolution of the Podcast – How a Medium Was Born [Geek History]". MakeUseOf (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 6, 2020. Miġbur December 6, 2020.
  24. ^ a b Digital, Pinkston (March 2021). "Pinkston – The Rise of the Podcast". Pinkston (bl-Ingliż). Miġbur August 21, 2022.
  25. ^ "Podcast". redOrbit (bl-Ingliż). March 16, 2013. Arkivjat minn l-oriġinal fl-June 30, 2013. Miġbur December 6, 2020.
  26. ^ Geoghegan, Michael W.; Klass, Dan (November 4, 2007). Podcast Solutions: The Complete Guide to Audio and Video Podcasting (2nd ed.). New York: Apress. p. 4. ISBN 978-1-59059-905-1. Arkivjat mill-orġinal fl-August 20, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  27. ^ Benson, Richard (November 14, 2019). "An Aural History of the Podcast: The History of the Podcast (By Those Who Helped Make Them a Thing)". Esquire Middle East (bl-Ingliż). Miġbur December 6, 2020.
  28. ^ Ciccarelli, Stephanie (August 27, 2013). "The Origins of Podcasting". Voices.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-August 27, 2013. Miġbur November 29, 2021.
  29. ^ Blass, Evan (September 24, 2006). "With "Pod" on Lockdown, Apple Goes After "Podcast"". Engadget (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-February 4, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  30. ^ Smith, Gerry (February 22, 2019). "Everybody Makes Podcasts. Can Anyone Make Them Profitable?". Bloomberg Businessweek. Bloomberg L.P. Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 22, 2019. Miġbur December 20, 2019.
  31. ^ Staff (April 5, 2019). "The Podcast Consumer 2019". edisonresearch.com. Edison Research. p. 8. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-November 26, 2019. Miġbur December 20, 2019.
  32. ^ Sawyer, Miranda (May 3, 2020). "It's boom time for podcasts – but will going mainstream kill the magic?". The Observer (bl-Ingliż). ISSN 0029-7712. Miġbur May 3, 2020.
  33. ^ "Podcasts: Can They Hear Us Now? - EContent Magazine". web.archive.org. 2019-07-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-07-16. Miġbur 2023-10-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  34. ^ "How to Change Playback Speed of a Podcast Playing Too Fast or Too Slow – iPhone Life". April 6, 2017. Miġbur September 5, 2021.
  35. ^ Berry, Richard (2020-07-04). "(PDF) Serial and ten years of podcasting: has the medium finally grown up? | Richard Berry - Academia.edu". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-04. Miġbur 2023-10-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  36. ^ a b Berry, Richard (May 2006). "Will the iPod Kill the Radio Star? Profiling Podcasting as Radio". Convergence: The International Journal of Research into New Media Technologies (bl-Ingliż). 12 (2): 143–162.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
  37. ^ Clifton, Ann; Reddy, Sravana; Yu, Yongze; Pappu, Aasish; Rezapour, Rezvaneh (2020). 100,000 Podcasts: A Spoken English Document Corpus. COLING 2020. International Committee on Computational Linguistics. pp. 5903–5917.
  38. ^ Karlgren, Jussi (2022-08-11). "Lexical variation in English language podcasts, editorial media, and social media". Northern European Journal of Language Technology (bl-Ingliż). 8 (1).
  39. ^ Martikainen, Katariina; Karlgren, Jussi; Truong, Khiet Phuong (2022). Exploring audio-based stylistic variation in podcasts. 23rd INTERSPEECH 2022 .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  40. ^ Karlgren, Jussi (2022-08-11). "Lexical variation in English language podcasts, editorial media, and social media". Northern European Journal of Language Technology (bl-Ingliż). 8 (1).
  41. ^ Casteleyn, Jordi; Mottart, Andre (2010). "Slidecast yourself: Exploring the possibilities of a new online presentation tool". 2010 IEEE International Professional Communication Conference. pp. 255–261. doi:10.1109/IPCC.2010.5530021. ISBN 978-1-4244-8145-3.
  42. ^ "enhanced podcast". TheFreeDictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-March 13, 2016. Miġbur January 19, 2021.
  43. ^ "Enhanced-podcast Meaning: Best 1 Definitions of Enhanced-podcast". www.yourdictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 22, 2017. Miġbur January 19, 2021.
  44. ^ "Definition of enhanced podcast". PC Magazine (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 22, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  45. ^ Breen, Christopher (December 12, 2012). "How to Create Podcast Chapters". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 20, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  46. ^ Breen, Christopher (March 28, 2013). "How We Produce Our Podcasts". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 30, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  47. ^ Breen, Christopher (March 28, 2013). "Producing the Macworld Podcast". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 30, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  48. ^ Frakes, Dan (December 12, 2006). "Podcasting Presentations". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-May 8, 2017. Miġbur January 19, 2021.
  49. ^ Etherington, Darrell (August 8, 2013). "Apple Developing Audio Hyperlinks, A Way For Audio Streams To Link To Other Media Or Control Devices". TechCrunch (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-February 18, 2019. Miġbur January 19, 2021.
  50. ^ Campbell, Mikey (August 8, 2013). "Apple's 'audio hyperlink' tech can control devices with inaudible sonic pulses". AppleInsider (bl-Ingliż). Miġbur January 24, 2021.
  51. ^ "United States Patent Application: 0130204413". appft.uspto.gov. Arkivjat minn l-oriġinal fl-February 24, 2021. Miġbur January 24, 2021.
  52. ^ Petricone, Elena. "Cast away: Incorporating slidecasts into your online presence can distinguish your business from competitors". Top Consultant (bl-Ingliż). Emerson Consulting Group. Arkivjat minn l-oriġinal fl-August 13, 2021. Miġbur January 2, 2021.
  53. ^ Weller, Marxtin (April 29, 2012). "The Virtues of Blogging as Scholarly Activity". The Chronicle of Higher Education (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-January 19, 2021. Miġbur January 19, 2021.
  54. ^ Reyna, Jorge; Stanford, Carole (2009). "Use of Slidecasts in Higher Education Settings: a Pilotproject" (PDF). Ascilite (bl-Ingliż). Arkivjat (PDF) mill-orġinal fl-September 14, 2018. Miġbur January 20, 2021.
  55. ^ Morris, Tee; Terra, Evo; Williams, Ryan C. (January 7, 2008). "24". Expert Podcasting Practices For Dummies (bl-Ingliż). John Wiley & Sons. pp. 185–201. ISBN 978-0-470-25919-1.
  56. ^ "So, What Is an Audio Drama?". Penn State University. September 13, 2019. Miġbur December 19, 2022.
  57. ^ Skinner, Oliver (July 30, 2020). "Fiction Podcasts: The Medium Giving Rise to a New Generation of Audio Storytellers". Voices.com. Miġbur January 20, 2021.
  58. ^ Kornelis, Chris (December 25, 2020). "From Demi Moore to Matthew McConaughey, Screen Stars Are Turning to Podcasts". The Wall Street Journal. Miġbur January 19, 2021.
  59. ^ "Netflix Creates Its First Scripted Podcast, As An Extension To TV Show". Inside Radio. November 1, 2019. Miġbur January 20, 2021.
  60. ^ White, Jordan (May 30, 2018). "Wolverine: The Long Night opens up the possibilities for a Marvel Podcast Universe". The Verge. Miġbur January 20, 2021.
  61. ^ Jennings, Collier (July 18, 2020). "DC, Spotify Cut Deal for Multiple Scripted Podcast Series". CBR.com.
  62. ^ Florin, Hector (2009-01-31). "Breaking News, Analysis, Politics, Blogs, News Photos, Video, Tech Reviews". Time (bl-Ingliż).
  63. ^ Cadelago, Chris (April 5, 2008). "Take My Book. It's Free". San Francisco Chronicle (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 22, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  64. ^ Newman, Andrew Adam (March 1, 2007). "Authors Find Their Voice, and Audience, in Podcasts". The New York Times (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-November 23, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  65. ^ Gaughran, David (September 5, 2011). ""Free" Really Can Make You Money – A Dialogue with Moses Siregar III". Let's Get Digital (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 14, 2011. Miġbur November 15, 2017.
  66. ^ Ellis, Jessica (2008). "What is a Video Podcast?". Wise Geek (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-August 9, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  67. ^ "Mużika Mod Ieħor ma' Toni Sant - YouTube". www.youtube.com. Miġbur 2023-10-28.
  68. ^ a b "Technical history of podcasting". Blubrry Podcasting (bl-Ingliż). Miġbur May 29, 2022.
  69. ^ Van De Walle, Dieter (July 5, 2021). "How to host and distribute a podcast". AudioHarvest (bl-Ingliż). Miġbur May 29, 2022.
  70. ^ Chan, Tim (2020-03-30). "How to Start a Podcast: 7 Things These Experts Say You'll Need" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-28.
  71. ^ a b Hall, Parker. "Here's the Gear You Need to Start Your Own Podcast". Wired (bl-Ingliż).