Il-Hagia Sophia (bit-Tork: Ayasofya; bil-Grieg Koinē: Ἁγία Σοφία, b'ittri Rumani: Hagía Sophía; bil-Latin: Sancta Sophia, litteralment "Għerf Imqaddes"), magħrufa uffiċjalment bħala l-Gran Moskea Nobbli tal-Hagia Sophia (bit-Tork: Ayasofya-i Kebir Cami-i Şerifi) u preċedentement bħala l-Knisja tal-Għerf Imqaddes (bil-Grieg: Ναός της Αγίας του Θεού Σοφίας, b'ittri Rumani: Naós tis Ayías tou Theoú Sofías), hija post ta' qima tal-aħħar ta' żmien il-qedem f'Istanbul, it-Turkija, u ġiet iddisinjata mill-ġeometri Griegi Isidore ta' Miletus u Anthemius ta' Tralles. Inbniet fil-537 bħala l-katidral patriarkali tal-belt kapitali imperjali ta' Kostantinopli, u kienet l-ikbar knisja Kristjana tal-Imperu Ruman tal-Lvant (l-Imperu Biżantin) u tal-Knisja Ortodossa tal-Lvant, għajr matul l-Imperu Latin mill-1204 sal-1261, meta temporanjament saret katidral Kattoliku Ruman. Fl-1453, wara l-Waqgħa ta' Kostantinopli f'idejn l-Imperu Ottoman, ġiet ikkonvertita f'moskea. Fl-1935, ir-Repubblika tat-Turkija stabbiliet mużew minflok, u baqgħet tintuża hekk għal 85 sena sa meta l-istatus tal-binja ġie annullat u reġgħet ġiet ikkonvertita f'moskea fl-2020. Il-binja hija parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO taż-Żoni Storiċi ta' Istanbul li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985.
Storja
Il-Hagia Sophia nbniet mill-imperatur Ruman tal-Lvant Ġustinjanu I bħala l-katidral Kristjan ta' Kostantinopli għall-knisja statali tal-Imperu Ruman bejn il-532 u l-537. Il-knisja dak iż-żmien kienet l-ikbar spazju intern fid-dinja u minn tal-ewwel li kellha koppla b'volti li jiffurmaw triangolu b'kurvatura. Titqies bħala l-epitoma tal-arkitettura Biżantina u jingħad li "bidlet l-istorja tal-arkitettura". Il-binja attwali kienet it-tielet knisja bl-istess isem li okkupat is-sit, peress li dawk ta' qabel kienu nqerdu fir-rewwixti ta' Nika. Bħala s-sede episkopali tal-patriarka ekumeniku ta' Kostantinopli, baqgħet l-ikbar katidral fid-dinja għal kważi elf sena, sa meta tlesta l-Katidral ta' Sivilja fl-1520 fi Spanja. Permezz tal-arkitettura Biżantina sussegwenti, il-Hagia Sophia saret l-għamla paradigmatika tal-Knisja Ortodossa, u l-istil arkitettoniku tagħha ġie emulat mill-moskej Ottomani elf sena wara. Ġiet deskritta bħala binja li "għandha pożizzjoni unika fid-dinja Kristjana" u bħala ikona arkitettonika u kulturali taċ-ċivilizzazzjoni Biżantina u Ortodossa tal-Lvant.
Bħala ċ-ċentru reliġjuż u spiritwali tal-Knisja Ortodossa tal-Lvant għal kważi elf sena, il-knisja kienet iddedikata lill-Għerf Imqaddes. Fiha ngħatat uffiċjalment l-iskomunika tal-Patriarka Mikiel I Ċerularju minn Humbert ta' Silva Candida, il-mibgħut tal-Papa Ljun IX fl-1054, att li jitqies bħala l-bidu tax-Xiżma bejn il-Lvant u l-Punent. Fl-1204, ġiet ikkonvertita matul ir-Raba' Kruċjata f'katidral Kattoliku taħt l-Imperu Latin, qabel ma reġgħet lura għand il-Knisja Ortodossa tal-Lvant meta reġa' kiseb il-poter l-Imperu Biżantin fl-1261. Id-doġe ta' Venezja li mexxa r-Raba' Kruċjata u s-Serqa ta' Kostantinopli fl-1204, Enrico Dandolo, indifen fil-knisja.
Wara l-Waqgħa ta' Kostantinopli f'idejn l-Imperu Ottoman fl-1453, ġiet ikkonvertita f'moskea minn Mehmed il-Ħakkiem u saret il-moskea prinċipali ta' Istanbul sal-kostruzzjoni fl-1616 tal-Moskea tas-Sultan Ahmed. Malli ġiet ikkonvertita, il-qniepen, l-artal, l-ikonostażi, l-ambone, u l-battisterju tneħħew, filwaqt li l-ikonografija, bħax-xbihat bil-mużajk ta' Ġesù, ta' Santa Marija, u tal-qaddisin u tal-anġli Kristjani tneħħew jew ġew miksija bit-tkaħħil. Fost iż-żidiet arkitettoniċi Iżlamiċi kien hemm l-erba' minareti, minbar u miħrab. L-arkitettura Biżantina tal-Hagia Sophia serviet bħala ispirazzjoni għal bosta binjiet reliġjużi oħra, fosthom il-Hagia Sophia f'Thessaloniki, Panagia Ekatontapiliani, il-Moskea ta' Şehzade, il-Moskea ta' Süleymaniye, il-Moskea ta' Rüstem Pasha u l-Kumpless ta' Kılıç Ali Pasha. Il-patriarkat ġie ttrasferit lejn il-Knisja tal-Appostli Mqaddsa, li saret il-katidral tal-belt.
Il-kumpless baqa' moskea sal-1931 u din ingħalqet għall-pubbliku għal erba' snin. Reġgħet infetħet fl-1935 bħala mużew taħt ir-Repubblika lajka tat-Turkija, u l-binja kienet l-iżjed attrazzjoni fit-Turkija li żaruha turisti fl-2015 u fl-2019. F'Lulju 2020, il-Kunsill tal-Istat annulla d-deċiżjoni tal-1934 li jiġi stabbilit mużew, u l-Hagia Sophia ġiet ikklassifikata mill-ġdid bħala moskea. Id-digriet tal-1934 ġie meqjus bħala mhux konformi mal-liġi skont id-dritt Ottoman u Tork, peress li l-waqf tal-Hagia Sophia, inkarigat mis-Sultan Mehmed, kien iddeżinja s-sit bħala moskea; dawk li kienu favur id-deċiżjoni argumentaw li l-Hagia Sophia kienet proprjetà personali tas-sultan. Din id-deżinjazzjoni mill-ġdid wasslet għal kundanni mill-oppożizzjoni tat-Turkija, mill-UNESCO, mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes, mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Istudji Biżantini, u minn bosta mexxejja internazzjonali.
Sit ta' Wirt Dinji
Iż-Żoni Storiċi ta' Istanbul ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Fl-2017 kien hemm modifika żgħira fil-konfini tas-sit.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet" u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Biblijografija
Boyran, Ebru; Fleet, Kate (2010). A social History of Ottoman Istanbul. Cambridge: Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-19955-1.
Brubaker, Leslie; Haldon, John (2011). Byzantium in the Iconoclast era (ca 680–850). Cambridge: Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-43093-7.
Hoffman, Volker (1999). Die Hagia Sophia in Istanbul (in German). Bern: Lang. ISBN 978-3-906762-81-4.
Janin, Raymond (1953). La Géographie Ecclésiastique de l'Empire Byzantin. 1. Part: Le Siège de Constantinople et le Patriarcat Oecuménique. 3rd Vol. : Les Églises et les Monastères. Paris: Institut Français d'Études Byzantines.
Mainstone, Rowland J. (1997). Hagia Sophia: Architecture, Structure, and Liturgy of Justinian's Great Church (reprint ed.). W.W. Norton & Co. ISBN 978-0-500-27945-8..
Mamboury, Ernest (1953). The Tourists' Istanbul. Istanbul: Çituri Biraderler Basımevi.
Müller-Wiener, Wolfgang (1977). Bildlexikon zur Topographie Istanbuls: Byzantion, Konstantinupolis, Istanbul bis zum Beginn d. 17 Jh (in German). Tübingen: Wasmuth. ISBN 978-3-8030-1022-3.
Necipoĝlu, Gulru (2005). The Age of Sinan: Architectural Culture in the Ottoman Empire. London: Reaktion Books. ISBN 978-1-86189-244-7.
Ronchey, Silvia; Braccini, Tommaso (2010). Il romanzo di Costantinopoli. Guida letteraria alla Roma d'Oriente (in Italian). Torino: Einaudi. ISBN 978-88-06-18921-1.
Runciman, Steven (1965). The Fall of Constantinople, 1453. Cambridge: Cambridge University Press. p. 145. ISBN 0-521-39832-0.
Savignac, David. "The Medieval Russian Account of the Fourth Crusade – A New Annotated Translation".
Turner, J. (1996). Grove Dictionary of Art. Oxford, England: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-517068-9.
Iktar qari
Balfour, John Patrick Douglas (1972). Hagia Sophia. W.W. Norton & Company. ISBN 978-0-88225-014-4.
Cimok, Fatih (2004). Hagia Sophia. Milet Publishing Ltd. ISBN 978-975-7199-61-8.
Doumato, Lamia (1980). The Byzantine church of Hagia Sophia: Selected references. Vance Bibliographies. ASIN B0006E2O2M.
Goriansky, Lev Vladimir (1933). Haghia Sophia: analysis of the architecture, art and spirit behind the shrine in Constantinople dedicated to Hagia Sophia. American School of Philosophy. ASIN B0008C47EA.
Glinavos I. (2022) Hagia Sophia at ICSID? The Limits of Sovereign Discretion. In: . European Yearbook of International Economic Law. Springer, Berlin, Heidelberg. https://doi.org/10.1007/8165_2021_78
Harris, Jonathan, Constantinople: Capital of Byzantium. Hambledon/Continuum (2007). ISBN 978-1-84725-179-4
Howland Swift, Emerson (1937). The bronze doors of the gate of the horologium at Hagia Sophia. University of Chicago. ASIN B000889GIG.
Kinross, Lord (1972). Hagia Sophia, Wonders of Man. Newsweek. ASIN B000K5QN9W.
Kleinbauer, W. Eugene; Anthony White (2007). Hagia Sophia. London: Scala Publishers. ISBN 978-1-85759-308-2.
Kleinbauer, W. Eugene (2000). Saint Sophia at Constantinople: Singulariter in Mundo (Monograph (Frederic Lindley Morgan Chair of Architectural Design), No. 5.). William L. Bauhan. ISBN 978-0-87233-123-5.
Krautheimer, Richard (1984). Early Christian and Byzantine Architecture. New Haven, CT: Yale University Press. ISBN 978-0-300-05294-7.
Mainstone, R.J. (1997). Hagia Sophia: Architecture, Structure, and Liturgy of Justinian's Great Church. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-27945-8.
Mainstone, Rowland J. (1988). Hagia Sophia. Architecture, structure and liturgy of Justinian's great church. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-34098-1.
Mango, Cyril; Ahmed Ertuğ (1997). Hagia Sophia. A vision for empires. Istanbul.
Mark, R.; Çakmaktitle, AS. (1992). Hagia Sophia from the Age of Justinian to the Present. Princeton Architectural. ISBN 978-1-878271-11-2.
Nelson, Robert S. (2004). Hagia Sophia, 1850–1950: Holy Wisdom Modern Monument. Chicago: University of Chicago Press. ISBN 978-0-226-57171-3.
Özkul, T.A. (2007). Structural characteristics of Hagia Sophia: I-A finite element formulation for static analysis. Elsevier.
Scharf, Joachim:Der Kaiser in Proskynese. Bemerkungen zur Deutung des Kaisermosaiks im Narthex der Hagia Sophia von Konstantinopel. In: Festschrift Percy Ernst Schramm zu seinem siebzigsten Geburtstag von Schülern und Freunden zugeeignet, Wiesbaden 1964, S. 27–35.
Swainson, Harold (2005). The Church of Sancta Sophia Constantinople: A Study of Byzantine Building. Boston, MA: Adamant Media Corporation. ISBN 978-1-4021-8345-4.
Weitzmann, Kurt, ed., Age of spirituality: late antique and early Christian art, third to seventh century, no. 592, 1979, Metropolitan Museum of Art, New York, ISBN 978-0-87099-179-0
Xydis, Stephen G. (1947). "The Chancel Barrier, Solea, and Ambo of Hagia Sophia". The Art Bulletin. 29 (1): 1–24. doi:10.2307/3047098. ISSN 0004-3079. JSTOR 3047098.
Yucel, Erdem (2005). Hagia Sophia. Scala Publishers. ISBN 978-1-85759-250-4.
Artikli
Alchermes, Joseph D. (2005). "Art and Architecture in the Age of Justinian". In Maas, Michael (ed.). The Cambridge Companion to the Age of Justinian. Cambridge: Cambridge U.P. pp. 343–75. ISBN 978-0-521-52071-3.
Atchison, Bob (2020). "History of Hagia Sophia – the Church of Holy Wisdom". My World of Byzantium.
Bordewich, Fergus M., "A Monumental Struggle to Preserve Hagia Sophia", Smithsonian magazine, December 2008
Calian, Florian, The Hagia Sophia and Turkey's Neo-Ottomanism, Armenian Weekly.
Ousterhout, Robert G. "Museum or Mosque? Istanbul's Hagia Sophia has been a monument to selective readings of history." History Today (Set 2020).
Suchkov, Maxim, Why did Moscow call Ankara's Hagia Sophia decision “Turkey's internal affair”?, Middle East Institute.
Mużajk
Hagia Sophia, hagiasophia.com: Mosaics.
MacDonald, William Lloyd (1951). The uncovering of Byzantine mosaics in Hagia Sophia. Archaeological Institute of America. ASIN B0007GZTKS.
Mango, Cyril (1972). The mosaics of St. Sophia at Istanbul: The church fathers in the north Tympanum. Dumbarton Oaks Center for Byzantine Studies. ASIN B0007CAVA0.
Mango, Cyril (1968). The Apse mosaics of St. Sophia at Istanbul: Report on work carried out in 1964. Johnson Reprints. ASIN B0007G5RBY.
Mango, Cyril; Heinz Kahler (1967). Hagia Sophia: With a Chapter on the Mosaics. Praeger. ASIN B0000CO5IL.
Teteriatnikov, Natalia B. (1998). Mosaics of Hagia Sophia, Istanbul: The Fossati Restoration and the Work of the Byzantine Institute. Dumbarton Oaks Research Library and Collection. ISBN 978-0-88402-264-0.
Riccardi, Lorenzo (2012). Alcune riflessioni sul mosaico del vestibolo sud-ovest della Santa Sofia di Costantinopoli, in Vie per Bisanzio. VIII Congresso Nazionale dell'Associazione Italiana di Studi Bizantini (Venezia 25–28 novembre 2009), a cura di Antonio Rigo, Andrea Babuin e Michele Trizio. Bari. pp. 357–71. ISBN 978-88-7470-229-9.
Yücel, Erdem (1988). The mosaics of Hagia Sophia. Efe Turizm. ASIN B0007CBGYA.
Referenzi
^Eyice, Semavi (1991). "Ayasofia" . Islam Ansiklopedisi (bit-Tork). Vol. 4. Istanbul: Turkish Diyanet Foundation. pp. 206–210.
^Hamm, Jean S. (2010). Term Paper Resource Guide to Medieval History. ABC-CLIO. p. 39. ISBN 978-0-313-35967-5.
^Kleiner, Fred S.; Christin J. Mamiya (2008). Gardner's Art Through the Ages: Volume I, Chapters 1–18 (12th ed.). Mason, OH: Wadsworth. p. 329. ISBN 978-0-495-46740-3.
^Emerson, William; van Nice, Robert L. (1950). "Hagia Sophia and the First Minaret Erected after the Conquest of Constantinople". American Journal of Archaeology. 54 (1): 28–40. ISSN 0002-9114.
^Curta, Florin; Holt, Andrew (2016). Great Events in Religion: An Encyclopedia of Pivotal Events in Religious History . ABC-CLIO. p. 299. ISBN 978-1-61069-566-4.
^ abċCentre, UNESCO World Heritage. "Historic Areas of Istanbul". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.
^Fazio, Michael; Moffett, Marian; Wodehouse, Lawrence (2009). Buildings Across Time (3rd ed.). McGraw-Hill Higher Education. ISBN 978-0-07-305304-2.
^Binns, John (2002). An Introduction to the Christian Orthodox Churches. Cambridge University Press. p. 57. ISBN 978-0-521-66738-8.
^McKenzie, Steven L.; Graham, Matt Patrick (1998). The Hebrew Bible Today: An Introduction to Critical Issues. Westminster John Knox Press. p. 149. ISBN 978-0-664-25652-4.